Raġel ta’ 32 sena minn Ħaż-Żabbar weġġa’ gravi wara li ħabat bil-karozza f’barrikati tal-plastik u żewġ gafef li kienu qed jintużaw għal xi xogħolijiet.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-erbgħa neqsin kwat ta’ dalgħodu fi Triq Għajn Dwieli, Raħal Ġdid.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fuq il-post immedjatmanet waslet ambulanza b’tim mediku li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.
Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili assistew ukoll f’dan l-inċident.