Albaniż ta’ erbgħa u tletin sena residenti Ħaż-Żebbuġ weġġa’ gravi, wara inċident f’sit ta’ kostruzzjoni fl-inħawi ta’ Xrobb l-Għaġin f’Marsaxlokk.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post, u minn stħarriġ preliminari rriżulta li r-raġel intlaqat minn gaffa żgħira.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza, li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei, fejn aktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.