Raġel ta’ 27 sena residenti San Pawl il-Baħar weġġa’ gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku f’San Ġwann.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-ħdax tal-bieraħ filgħaxija fi Triq il-Pelikan.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li r-raġel kien qiegħed isuq mutur tal-għamla Kmco Agility, tilef ilkontroll u waqa’.
Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.