Raġel ta’ 43 sena residenti Ħal Luqa weġġa’ gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku bejn il-mutur li kien qed isuq u karozza.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-sitta neqsin kwart tas-Sibt filgħaxija fi Triq Diċembru Tlettax, il-Marsa.
Jirriżulta li seħħet ħabta bejn il-mutur tat-tip Sura Anger-S misjuq mir-raġel u karozza tat-tip Hyundai i10 misjuqa minn Pollakk ta’ 27 sena.
Ix-xufier tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei
b’ambulanza għal aktar attenzjoni medika. Iktar tard, ir-raġel ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.