Raġel ta’ 64 sena mis-Swieqi weġġa’ gravi wara ħabta bejn żewġ muturi fl-Imsida.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-sitta ta’ filgħaxija fi Triq Reġjonali.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u mill-ewwel stħarriġ irriżulta li kien hemm ħabta bejn żewġ muturi, wieħed misjuq mill-vittma u l-ieħor misjuq minn żagħżugħ ta’ 25 sena li jgħix San Ġiljan.
Tim mediku ta l-għajnuna fuq il-post u ħa lill-vittma l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għal aktar kura medika.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.