Sewwieq ta’ mutur ta’ 65 sena mill-Imsida weġġa’ gravi wara ħabta bejn żewġ karozzi u mutur f’Santa Venera.
L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tan-nofs siegħa ta’ waranofsinhar fi Triq Reġjonali.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post fejn mill-ewwel stħarriġ irriżulta li kien hemm ħabta bejn żewġ karozzi, misjuqa minn raġel ta’ 45 sena li jgħix Tal-Pietà u minn raġel ta’ 49 sena minn San Ġiljan u l-mutur, misjuq mill-vittma.
Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.