Raġel ta’ 36 sena li jgħix Wied il-Għajn weġġa’ gravi wara ħabta bejn żewġ karozzi.
L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tal-ħamsa ta’ waranofsinhar fi Triq Villabate, Ħaż-Żabbar.
Fuq il-post marru l-Pulizija, li mill-ewwel stħarriġ irriżulta li l-vittma ġarrab xi ġrieħi wara ħabta li seħħet bejn il-karozza li kien qed isuq u karozza oħra misjuqa minn mara ta’ 44 sena li tgħix iż-Żejtun.
F’dan l-inċident intlaqat vann li kien ipparkjat.
Tim mediku ħa lir-raġel l-Isptar Mater Dei, waqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.