Raġel ta’ 29 sena li jgħix Ħal Luqa weġġa’ gravi wara inċident tat-traffiku f’Ħal Luqa stess.
L-inċident seħħ dalgħodu għall-ħabta tad-9:15 fi Triq l-Ingiered, Ħal Luqa.
Fuq il-post marru l-pulizija, li mill-ewwel investigazzjonijiet rriżulta li seħħet ħabta bejn mutur tat-tip Ducati Monstet, misjuq mill-vittma u żewġ vetturi, Ford Transit misjuqa minn raġel ta’ 36 sena li joqgħod is-Swieqi u Nissan Leaf misjuqa minn raġel ta’ 52 sena li jgħix il-Gudja.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.