Raġel ta 31 sena weġġa’ gravi wara li safa ferut b’daqqiet ta’ arma li taqta u bil-ponta fil-Qawra. Allegatament l-argument seħħ bejn żewġt irġiel ta’ nazzjonalita’ Serba għall-ħabta ta’ 00:10.
l-Pulizija mid-Distrett tal-Qawra, assistiti minn tar-Rapid Intervention Unit, marru immedjatament fuq
il-post fejn sabu lir-raġel imweġġa gravi. Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-isptar Mater Dei għall-aktar kura fejn ġie stabbilit li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.