Eġizzjan ta’ 31 sena li jgħix il-Ħamrun weġġa’ gravi wara argument li seħħ bejn żewġ persuni fil-Ħamrun.
Dan seħħ għall-ħabta tas-sitta u nofs tal-bieraħ filgħaxija fi Triq il-Mimosa.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post, fejn mill-ewwel stħarriġ irriżulta li seħħ argument bejn l-Eġizzjan u Palestinjan ta’ 57 sena li jgħix San Pawl il-Baħar. Waqt l-argument allegatament intużat sikkina.
L-Eġizzjan ittieħed l-isptar, waqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.