Is-Sibt filgħaxija għall-ħabta tal-għaxra, raġel ta’ tlieta u ħamsin sena mar fl-Għassa tal-Pulizija fl-Imsida biex jirrapporta li aktar kmieni kien sofra minn xi ġrieħi fil-Floriana.
Minn investigazzjonijiet preliminari tal-Pulizija rriżulta li r-raġel ġie aggredit minn raġel ieħor waqt li kien miexi.
L-allegat agressur għadu mhux identifikat, u huwa allegatament seraq diversi affarjiet tal-vittma u ħarab minn fuq il-post.
Għalhekk, issejħet ambulanza għall-vittma li ttieħed l-Isptar Mater Dei, fejn aktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
Il-Pulizija għadha qed tinvestiga dan il-każ.