Raġel ta’ 30 sena mill-Kosta tal-Avorju qed isofri minn ġrieħi gravi wara li weġġa’ fi stamperija f’Ħal Luqa.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-08:00 tat-Tlieta filgħodu meta r-raġel sofra xi ġrieħi waqt li kien qed jagħmel xi xogħol fuq il-conveyer belt fl-istamperija.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel minnufih l-Isptar Mater Dei għall-kura. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.