Albaniż ta’ 46 sena li joqgħod ix-Xewkija Għawdex weġġa’ gravi wara li kien involut f’inċident fuq il-post tax-xogħol.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-5:15 ta’ waranofsinhar f’sit ta’ kostruzzjoni fi Triq Ta’ Gorf, ix-Xagħra.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Minn investigazzjoni preliminari rriżulta li għall-ħabta tat-3:30 ta’ waranofsinhar, ir-raġel weġġa’ waqt li kien qed jaqta’ xi injam permezz ta’ makkinarju.
Il-vittma ngħata l-għajnuna minn xi nies biex ttieħed l-Isptar Ġenerali u aktar tard ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.