Raġel ta’ 32 sena weġġa’ gravi waqt li kien qed jaħdem f’maħżen fi Triq l-Idwart, Ħ’Attard.
Il-każ seħħ għall-ħabta tat-8:00 ta’ filgħodu u mill-investigazzjonijiet preliminari rriżulta li waqt li r-raġel kien qiegħed iħott xi affarijiet minn fuq trakk, żelaq u waqa’ minn fuqu.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Huwa ttieħed l-isptar b’ambulanza u aktar tard ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.