Raġel Taljan ta’ 29 sena residenti l-Belt Valletta qed isofri minn ġrieħi gravi wara inċident fi Triq San Ġwann, il-Belt Valletta.
Ir-raġel sofra xi ġrieħi waqt li kien qed jagħmel xi xogħol b’chaser, ġewwa ħanut.
Għaldaqstant issejħet ambulanza fuq il-post li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.