Raġel ta’ 29 sena, residenti l-Fgura, qed isofri minn ġrieħi gravi wara inċident f’fabbrika fi Triq Notabile, Birkirkara.
L-inċident seħħ għall-ħabta ta’ 12.20, fejn minn stħarriġ preliminari rriżulta li r-raġel weġġgħa waqt li kien qiegħed jopera apparat ta’ trakk ta’ l-iskart tal-għamla Dennis.
Investigazzjonijiet tal-Pulziija għadhom għaddejjin.