Illum għall-ħabta tal-erbgħa (16:00hrs), il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha ġewwa x-Xatt tal-Birgu.
L-istqarrija tal-Pulizija qalet li minn investigazzjonijiet preliminari li għamlu l-Pulizija tad-Distrett jidher li Tuneżin ta’ 53 sena, residenti l-Birgu kien sofra xi ġrieħi meta kien qed jiċċekja l-magni ta’ dagħjsa u tela’ xi nar minn ġo l-istess magni.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura. Iżjed tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.