Mosti ta’ 47 sena weġġa’ gravi fuq il-post tax-xogħol fil-Mosta.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-ħdax tal-Ġimgħa filħgodu fi Triq il-Ballut il-Mosta, meta xi folji tal-ħġieġ li kien qiegħed iħott waqgħu u weġġa’.
Immedjament fuq il-post mar tim mediku li ta l-ewwel għajnuna lil Mosti, filwaqt li l-ambulanza ħaditu l-isptar Mater Dei.
Bil-każ ġie nfurmat il-Maġistrat tal-Għassa Dr Joseph Mifsud, li ordna li ssir inkjesta u ħatar diversi esperti sabiex jassistuh.