Raġel ta’ 46 sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara li waqa’ madwar seba’ filati f’sit ta’ kostruzzjoni. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10.10 f’sit ta’ kostruzzjoni fi Triq il-Kbira, il-Qrendi.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-isptar Mater Dei. Aktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.