Raġel mill-Ghana ta’ 28 sena ndarab gravi f’inċident tat-traffiku fil-Marsa.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-6:00 tal-Ġimgħa filgħaxija fi Triq it-Tiġrija.
Il-Pulizija marru mill-ewwel fuq il-post u hemmhekk irriżulta li kien seħħ inċident, fejn ir-raġel intlaqat minn karozza tal-għamla Toyota Vitz misjuqa minn ġuvni ta’ 19-il sena minn Ħal Tarxien.
Il-vittma ngħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku u wara ttieħed l-isptar Mater Dei għal aktar kura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija tad-Distrett dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.