Raġel ta’ 39 sena minn San Pawl il-Baħar weġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku f’Għawdex.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-siegħa tal-Ħadd filgħodu fi Triq l-Imġarr f’Għajnsielem.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fuq il-post, il-pulizija sabu karozza tat-tip Smart Fortwo li kienet misjuqa mir-raġel u ħabtet fil-ġenb tat-triq.
Fuq il-post issejħu wkoll tim mediku u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili biex jassistu lir-raġel.
Ir-raġel ittieħed l-isptar Ġenerali t’Għawdex b’ambulanza sabiex jingħata l-kura meħtieġa.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.