Raġel ta’ 41 sena minn Birżebbuġa qed isofri minn ġrieħi gravi f’inċident tat-traffiku.
Il-każ seħħ għall-ħabta tat-3 ta’ filgħodu fil-Marsa-Ħamrun bypass.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fi stqarrija l-pulizija spjgaw li r-raġel tilef il-kontroll tal-mutur li kien qed isuq u konsegwenza t’hekk, waqa’ minn fuq il-mutur tat-tip Kymco.
Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-isptar Mater Dei b’ambulanza.
L-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin.