Sewwieq ta’ mutur ta’ 33 sena minn Ħal Kirkop ġarrab ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident fl-Imsida.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-07:30am fi Triq il-Prinċipessa Margerita, fl-Imsida. L-impatt seħħ bejn mutur tat-tip Kawasaki Ninja 250R misjuq mir-raġel ta’ 33 sena u vettura tat-tip Landrover Freelander misjuqa minn raġel ta’ 24 sena residenti Tas-Sliema.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-isptar Mater Deo fejn aktar tard ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.