Raġel ta’ 25 sena weġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku f’San Pawl il-Baħar.
Il-każ seħħ it-Tlieta għall-ħabta tal-ħamsa ta’ waranofsinhar fi Triq Burmarrad.
Minn stħarriġ preliminari ħareġ li seħħ inċident bejn e-kick scooter misjuq mir-raġel u karozza tat-tip Toyota Vitz misjuqa minn mara ta’ 40 sena.
Ir-raġel ingħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-isptar Mater Dei.