Raġel ta’ 24 sena weġġa’ gravi wara ħabta bejn mutur u karozza fin-Naxxar.
L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tad-disgħa ta’ filgħaxija fi Vjal il-21 ta’ Settembru.
Il-Pulizija marret mill-ewwel fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li seħħet ħabta bejn VW Golf misjuqa minn raġel ta’ 39 sena residenti San Ġwann u mutur Honda misjuq minn raġel ta’ 24 sena residenti s-Swieqi.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lix-xufier tal-mutur l-Isptar Mater Dei għal aktar assistenza medika, fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.