Aktar kmieni llum, għall-ħabta tal-ħdax u kwart (1115hrs), il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident ġewwa residenza privata fi Triq l-Imġarr, il-Qala.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li raġel ta’ 49 millGhana kien qed jagħmel xi xogħol permezz ta’ dumper truck fil-ġnien tar-residenza, tilef ilkontroll u nqaleb.
Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex b’ambulanza għal kura meħtieġa. Aktar tard, huwa ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija, flimkien mal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà Fuq il-Post taxXogħol għadhom għaddejjin.