Raġel ta’ 41 sena residenti l-Gudja sofra ġrieħi gravi lbieraħ filgħaxija wara li kien involut f’ħabta ma’ vettura oħra fi Triq Birżebbuġa, viċin il-Freeport, fil-limiti ta’ Birżebbuġa.
Il-Pulizija kienet informata li, għall-ħabta tas-5:45 p.m., seħħ aċċident fejn minn stħarriġ preliminari jirriżulta li Smart misjuqa mir-raġel kienet involuta f’ħabta ma’ Toyota Passo misjuqa minn mara ta’ 36 sena minn Ħaż-Żabbar.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Iż-żewġ vetturi ġarrbu ħsarat konsiderevoli.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza, li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei, u, aktar tard, ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.