Raġel ta’ 56 sena residenti Marsaskala sofra ġrieħi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fit-Telgħa t’Alla u Ommu fin-Naxxar dalgħodu għall-ħabta tal-10.30a.m.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn vettura tat-tip Ford Transit misjuqa mill-vittma u kowċ tat-tip Leyland Plaxton misjuqa minn raġel ta’ 56 sena residenti ż-Żejtun.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei. Għalkemm in-natura tal-ġrieħi li ġarrab għadha mhix magħrufa huwa ma jinsabx fil-periklu tal-mewt.
Fil-kowċ kien hemm ‘l fuq minn tletin passiġġier li ma sofrew ebda ġrieħi. L-investigazzonijiet tal-Pulizija mid-Distrett tan-Naxxar għadhom għaddejjin.