Raġel ta’ 52 sena mill-Maċedonja, sofra minn ġrieħi gravi wara li waqa’ minn għoli f’residenza ż-Żurrieq.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-ħdax neqsin kwart ta’ dalgħodu, fi Triq l-Imdawra, ż-Żurrieq limiti tal-ġibjun.
Kelliem għall-Pulizija stqarr ma’ one.com.mt, li l-vittma kien qed jagħmel xi xogħlijiet f’residenza fil-ħin tal-inċident.
Fuq il-post assista tim mediku li ħa lill-vittma l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għal aktar kura. Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhux magħrufa.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.