Raġel, li l-identità tiegħu għadha mhux magħrufa qed isofri minn ġrieħi serji wara li waqa’ minn għoli ta’ sular u nofs.
L-inċident seħħ fis-sigħat bikrin tat-Tnejn għall-ħabta ta’ 00.10 fi Triq it-Trunċiera, San Pawl il-Baħar.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u li minn investigazzjoni preliminari rriżulta li r-raġel waqa’ minn fuq ċint u ġie ġo sit ta’ kostruzzjoni. Fuq il-post ġew imsejħa il-membri tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jittella’ l-vittma filwaqt li tim mediku ta’ l-ewwel għajnuna.
Il-vittma ttieħed l-Isptar Mater Dei fejn aktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija tad-Distrett għadhom għaddejjin.