Raġel ta’ 24 sena mill-Imġarr sofra minn ġrieħi serji wara li kien involut f’inċident tat-traffiku bil-mutur.
Huwa kien qed isuq mutur tat-tip Herald Maverick u mill-ewwel investigazzjoni irriżulta li dan kien involut f’ħabta ma’ karozza tat-tip Mercedes Benz, misjuqa minn mara ta’ 28 sena mill-Mosta.
Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku u wara ttieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Elaine Mercieca li ħatret inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.