Raġel ta’ 34 sena minn Nepal sofra ġrieħi gravi wara li waqa’ minn għoli ta’ sular aktar kmineni dalgħodu.
L-inċident seħħ għall-ħabta ta’ 10:20am f’sit ta’ kostruzzjoni fil-limiti ta’ Ħal Farruġ.
Il-Pulizija tad-Distrett marru immedjatament fuq il-post fejn mill-ewwel stħarriġ irriżulta li raġel minn Nepal u li jgħix il-Ħamrun, weġġa’ idu meta kien qed jagħmel xogħol b’makkinarju.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku, sabiex ir-raġel jingħata l-assistenza medika. Huwa ttieħed l-Isptar Mater Dei fejn iktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.