Raġel ta’ 40 sena mill-Qrendi qed isofri minn ġrieħi gravi, wara li splodew xi murtali ħdejh fil-Mellieħa.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-sebgħa ta’ filgħaxija, ilbieraħ.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fuq il-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti, filwaqt li r-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn aktar tard, ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ, għadhom għaddejjin.