Raġel ta’ 26 sena mill-Bangladesh residenti Marsaxlokk isofri ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-ħamsa ta’ filgħodu meta l-Pulizija ġiet infurmata bl-inċident, huwa ngħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku u wara ttieħed l-isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Irriżulta li r-raġel kien qed isuq mututr tat-tip Kymco Agility, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.