Raġel ta’ 62 sena, residenti Tas-Sliema, sofra minn ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku bejn il-mutur tiegħu u karozza misjuqa minn Olandiż ta’ 21 sena.
L-inċident seħħ għall-ħabta tad-9am fi Triq ix-Xatt, il-Gżira.
Ix-xufier tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Aktar tard, ir-raġel ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.