Sudaniż ta’ 26 sena residenti ż-Żebbuġ, Għawdex daħal fl-Għassa ta’ Marsalforn fejn allega li kien għadu kif ġie aggredit minn raġel ieħor b’arma li taqta’ u bil-ponta.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-22:30 fi Triq il-Qbajjar, iż-Żebbuġ, Għawdex.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Ir-raġel ittieħed fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex fejn ingħata fil-kura meħtieġa, aktar tard ġie ċċertifikat li sofra minn ġrieħi gravi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet u bit-tfittxijiet għall-aggressur.