Raġel ta’ 31 sena residenti l-Qala, Għawdex sofra minn ġrieħi gravi wara li ħabat bil-mutur tat-tip Kymco MXU ma’ Toyota Yaris misjuqa minn mara ta’ 21 sena residenti x-Xagħra.
Il-każ seħħ fi Triq ir-Rabat, iż-Żebbuġ, Għawdex għall-ħabta tal-22:45 tal-bieraħ filgħaxija.
Fuq il-post ta l-ewwel għajnuna tim mediku li ħa lir-raġel lejn l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex fejn aktar tard ġie ċċertifikat li sofra minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.