Raġel ta’ 58 sena minn Birżebbuġa sofra minn ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku f’Raħal Ġdid. Dan seħħ fi Triq il-Palma fis-19.30p.m tat-Tlieta filgħaxija.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li seħħ impatt bejn vettura tat-tip Toyota Auris, misjuqa minn raġel ta’ 38 sena residenti ż-Żurrieq u vettura tat-tip Land Rover Freelander, misjuqa mir-raġel ta’ 52 sena.
Kawża tal-impatt, dan tal-aħħar baqa’ dieħel ġo arblu tad-dawl.
Is-sewwieq ta’ 58 sena ttieħed l-isptar Mater Dei għall-kura, fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
Fuq il-post isejjħu l-membri tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jitneħħa kull periklu li seta’ kien hemm.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija rigward dan l-inċident għadhom għaddejjin.