Tork ta’ 30 sena residenti l-Imsida sofra minn ġrieħi gravi wara li tilef il-kontroll tal-mutur tat-tip Stigo Valk.
Il-każ seħħ għall-ħabta ta’ nofsinhar fi Triq it-Torri, l-Imsida.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fuq il-post saret sejħa għal għajnuna ta’ tim mediku li ħa lir-raġel lejn l-Isptar Mater Dei b’ambulanza fejn ġie ċċertifikat li sofra minn ġrieħi gravi.
Il-Pulizija għadha qed tinvestiga l-każ.