Ħabta bejn mutur tat-tip Kymco Agility misjuq minn raġel ta’ 35 sena, residenti Ħaż-Żebbuġ u VW Polo li kienet misjuqa minn mara ta’ 34 sena li toqgħod Ħal Balzan seħħet illum fil-17.30 fi Triq l-Imqabba, is-Siġġiewi.
Issejħu l-Pulizija fuq il-post. Ir-raġel ta’ 35 sena, ittieħed l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza fejn ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.