Raġel ta’ 51 sena mis-Swieqi qed isofri minn ġrieħi gravi wara ħabta bejn karozza u mutur f’San Ġiljan.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-2:45 ta’ wara nofsinhar fi Triq Sant’ Andrija meta kien ħabta bejn karozza tal-għamla VW Golf misjuqa minn raġel ta’ 36 sena minn San Pawl il-Baħar u mutur tat-tip Yamaha, li kienet qed tinstaq mir-raġel mis-Swieqi.
Fuq il-post, marru l-pulizija u tim mediku.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.