Raġel u tfajla ttieħdu l-Isptar Mater Dei għall-kura u raġel ieħor qed jinżamm mill-Pulizija biex jgħin fl-investigazzjonijiet wara li t-tliet persuni kienu nvoluti f’argument li seħħ aktar kmieni llum.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-siegħa ta’ waranofsinhar fi Triq il-Parroċċa f’San Pawl il-Baħar.
L-argument seħħ bejn Libjan ta’ erbgħin sena, raġel ta’ erbgħa u ħamsin sena u tfajla ta’ ħamsa u għoxrin sena, ilkoll residenti San Pawl il-Baħar.
Il-Libjan inżamm mill-Pulizija filwaqt li r-raġel u t-tfajla ttieħdu l-isptar b’ambulanza. Ir-raġel weġġa’ gravi u t-tfajla weġġgħet ħafif.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet dwar il-każ.