Raġel li għandu 58 sena u residenti s-Siġġiewi ttieħed l-Isptar Mater Dei fejn ġie ċċertifikat li jinsab fil-periklu tal-mewt wara li r-raġel li kien qed jagħmel xi xogħol fuq sit ta’ kostruzzjoni li jinsab fi Triq Frans Sammut, Ħaż-Żebbuġ, waqa’ għoli ta’ madwar sular.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-12.30p.m. Fuq il-post tal-incident issejħu wkoll membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jassitu.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr J. Demicoli LLD li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija mid-Distrett ta’ Ħaż-Żebbuġ dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.