Franċiż ta’ 23 sena li joqgħod is-Swieqi sofra ġrieħi serji wara li waqa’ għoli ta’ madwar sular f’San Ġiljan.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-4 ta’ filgħodu fi Triq Santu Wistin f’San Ġiljan.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna u ambulanza li ħadet lir-raġel l-isptar Mater Dei fejn aktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija tad-Distrett dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.