Raġel ta’ 42 sena, residenti l-Imqabba, sofra minn ġrieħi serji wara li waqa’ minn fuq sellum madwar sular għoli.
Il-każ seħħ għall-ħabta ta’ nofsinhar f’binja fi Triq Rodolfu f’Tas-Sliema.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-vittma ttieħed lejn l-Isptar Mater Dei, fejn ġie ċċertifikat li sofra minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.