Albaniż ta’ 28 sena, residenti Marsascala qed isofri minn grieħi serji f’idu wara li nqabdet f’makkinarju tal-konkos.
Il-każ seħħ dalgħodu għall-ħabta tat-tmienja u għaxra ġewwa fabrika fi Triq Ħal Far, Birżebbuġa.
Fuq il-post issejħu l-membri tal-Protezzjoni Ċivili u ambulanza sabiex jassistru lill-ħaddiem.
L-Albaniż ittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn aktar tard ġie ċċeritifkat li qiegħed isofri minn grieħi gravi.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.