Raġel ta’ 43 sena miż-Żurrieq qed isofri minn ġrieħi gravi wara li l-Ħadd filgħodu kien qed juża mutur tal-ħart.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11:30 meta r-raġel kien qed jagħmel xi xogħol f’għalqa fi Sqaq l-Imdina, Ħal Kirkop. Huwa ttieħed minnufih l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn aktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.