Raġel ta’ 51 sena mis-Siġġiewi sofra ġrieħi gravi wara li weġġa f’sit ta’ kostruzzjoni fi Triq il-Katakombi fin-Naxxar.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-10 ta’ filgħodu u minn stħarriġ preliminari jidher li r-raġel waqa’ għoli ta’ mafwar sular.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna u ambulanza li ħadet lil vittma l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett.