Raġel li kien qed jagħmel xi xogħol fuq bejt ta’ residenza waqa’ madwar sular għoli u sofra ġrieħi gravi.
L-inċident seħħ illum għall-ħabta tat-3:00 ta’ wara nofsinhar fi Triq Bir id-Deheb, fiż-Żejtun.
Ir-raġel ġie mogħti l-ewwel għajnuna fuq il-post minn tim mediku u ġie meħud l-Isptar Mater Dei għall-kura medika.
Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija mid-Distrett taż-Żejtun għadhom għaddejjin.