Raġel ta’ 29 sena miż-Żejtun qed isofri minn ġrieħi gravi qara li waqa’ minn fuq scaffolding għoli ta’ madwar sular u nofs fiż-Żejtun.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-16:00. Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura, fejn ġie iċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-istħarriġ tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadu għaddej